LyricFind Logo
LyricFind Logo
Profile image icon
Lyric cover art

Mis-Sema 'l Isfel

Apple Music logo
Deezer logo
Spotify logo
Lyrics
Darba ngħixu, ħajja waħda nfittxu is-suċċess
Nagħmlu x’nagħmlu xorta nispiċċaw taħt iċ-ċipress
Għal kull għadma ssib mitt kelb fil-pika ma’ ħaddieħor
Kilba ma xxebbagħha qatt, bl-iskuża tal-progress
Xejn ma hu etern
ħlief ġenna u infern
Fuq l-art lil qalbek torbotha ma’ xejn

Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m’aħniex

X’jiswa tgħix fil-lussu bil-kavjar u bix-xampanja
Mimli stress bla ċans imqar ta’ dawra fil-kampanja
Kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi
Fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett
Tivvintax inkwiet
Biex tfawwar il-bwiet
Jekk taqa’ id-dinja warrbilha min-nofs…

Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m’aħniex
Kanta u kun pożittiv
Jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
Mis-sema ‘l isfel gawdih

Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m’aħniex
Kanta u kun pożittiv
Jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
Mis-sema ‘l isfel gawdih

WRITERS

Joe Julian Farrugia

PUBLISHERS

Lyrics © O/B/O DistroKid

Share icon and text

Share


See A Problem With Something?

Lyrics

Other

LyricIQ Analysis

Top Emotion

Enjoyment

Sentiment
Thumbsup IconThumbsup Icon
Theme

None